L-MFSA tappoġġja l-ġirja tal-President

Numru ta’ impjegati tal-MFSA flimkien ma’ qraba u ħbieb tagħhom, ħadu sehem fil-Fun Run organizzata mill-Uffiċċju tal-President b’solidarjetà ma’ dawk kollha li jfittxu l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund.
Il-Fun Run tal-President dis-sena daħlet fit-tmien edizzjoni tagħha.
L-MFSA fi stqarrija għall-istampa qalet li hi sodisfatta u kburija li setgħet għal darb’oħra tappoġġja u tieħu sehem f’din l-attività li tiġbor fondi għall-Malta Community Chest Fund.
L-impjegati tal-MFSA u l-qraba u l-ħbieb tagħhom ġabru bejniethom €530 permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom.