L-MFSA bi twissija kontra kumpanija mhux reġistrata

Read in English.

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta qiegħda twissi lill-pubbliku dwar entità bl-isem AlphaEx.

L-entità qed tgħid li hi “A secure & dependable trading platform, AlphaEx is created for competent investors, businesses, and everyone, who wants to purchase or sell XDC, Ether and Bitcoin worldwide…” Aktar minn hekk, l-entità qed issostni li hi “Registered & Gained Transitoy Licence under MFSA.”

L-Awtorità spjegat li AlphaEx mhijiex kumpanija reġistrata Malta u lanqas mhi awtorizzata biex tipprovdi ebda tip ta’ servizzi finanzjarji minn u jew f’Malta. Aktar minn hekk, l-entità mhix liċenzjata jew reġistrata taħt l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali.

L-MFSA fakkret lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex joqogħdu attenti li ma jidħlu f’ebda tranżazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel jaċċertaw lilhom infushom li l-entità li magħha qed issir it-tranżazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli.

Il-lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli hawn.