L-MFSA bi twissija dwar kumpanija qarrieqa

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) ħabbret li entità li għandha l-peżenza tagħha fuq l-internet qed tagħmel użu minn dettalji ta’ kumpanija reġistrata Malta.

Il-kumpanija bl-isem ta’ Advent Trading Limited għandha l-preżenza fuq l-internet permezz tas-sit https://adventtradingltd.com/  madankollu l-websajt bħalissa tinsab offline. Dan is-sit elettroniku qed jagħmel użu mid-dettalji ta’ kumpanija reġistrata Malta, Advent Trading Malta (C 49576), li hija kumpanija li ma toffrix servizzi finanzjarji. L-MFSA żiedet li d-dettalji ta’ din il-kumpanija ġenwina qed jintużaw minn frodisti sabiex iqarrqu bil-pubbliku.

L-Awtorità informat lill-pubbliku, f’Malta u barra, li https://adventtradingltd.com/ mhix kumpanija rreġistrata Malta u lanqas ma hija awtorizzata biex tipprovdi servizzi ta’ investiment jew servizzi finanzjarji oħra li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew awtorizzati mod ieħor taħt il-liġi Maltija. L-Awtorità kkonfermat li https://adventtradingltd.com/ m’għandha l-ebda rabta mal-kumpanija rreġistrata Advent Trading Limited (C 49576).

L-MFSA qalet li s-sit elettroniku https://adventtradingltd.com/ jidher li hu clone tal-entità leġittima u appellat lill-pubbliku biex ma jidħol fl-ebda negozju jew tranżazzjonijiet ma’ din l-entità qarrieqa.