L-MFSA bi twissija dwar 57 kumpanija finanzjarja virtwali mhux liċenzjati

Read in English.

57 kumpanija nstabu li approfittaw mid-dispożizzjonijiet transitorji skont l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali (VFA) u b’hekk qed joperaw mingħajr liċenzja.

Fi stqarrija, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) qalet li l-perjodu ta’ trasizzjoni skada fil-31 ta’ Ottubru tal-2019. Permezz ta’ dan il-perjodu, l-entitajiet setgħu jipprovdu servizzi VFA. Qalet li wara li skada l-perjodu ta’ transizzjoni, l-entitajiet li kienu joperaw taħt id-dispożizzjonijiet transitorji kellhom dawn l-għażliet:

  1. Jekk riedu jkomplu jipprovdu servizzi VFA, kienu meħtieġa li jissottomettu ittra ta’ intenzjoni lill-Awtorità biex iniedi l-proċess ta’ applikazzjoni għal Liċenzja ta’ Servizzi VFA; jew
  2. Jekk ma riedux ikomplu jipprovdu servizzi VFA, kienu mitluba jibgħatu notifika lill-MFSA għall-waqfien tal-attivitajiet skont it-Taqsima 3 taċ-Ċirkolari lill-Fornituri ta’ Servizzi VFA (Circular to  Virtual Financial Asset Service Providers).

Wara li skada l-perjodu ta’ transizzjoni, l-MFSA ġiet mgħarrfa b’numru ta’ entitajiet li approfittaw minn dawn id-dispożizzjonijiet transitorji u li għaldaqstant kienu qed jipprovdu servizzi VFA, iżda naqsu milli jissottomettu l-ittra ta’ intenzjoni biex jibdew il-proċess ta’ applikazzjoni għal Liċenzja ta’ Servizzi VFA jew notifika dwar il-waqfien tal-attivitajiet.

L-Awtorità informat lill-pubbliku f’Malta u barra mill-pajjiż, li l-entitajiet elenkati hawn taħt m’humiex liċenzjati u lanqas huma awtorizzati mill-MFSA biex jipprovdu xi servizzi VFA jew kwalunkwe servizz finanzjarju ieħor, u lanqas ma bdew il-proċess ta’ applikazzjoni biex jiksbu liċenzja tas-Servizzi VFA.

A H
A Bit More Limited HPX Limited
B Hybrid Trade Limited
Babylon Services Limited Hyperwallet Limited
Basetrade Limited J
Bayleaf Limited Jikji Capital Limited
Billions X Trading Limited K
BitRoyal Limited Krypital Group (Malta) Limited
Bitstraq Exchange Limited Kyon Limited
Botwallet Limited L
BKX Exchange Limited Laser Capital Limited
BKX Vault Limited M
Blockchain Exchange Limited Mandala Exchange Limited
BTSE Limited Manticore Ventures Limited
C Muse Service Limited
Cbanx Limited O
Chain Partners (Malta) Co. Ltd. Odin Capital Limited
Coin Temple Trading Limited OK.NET Limited
Consensus Technology Malta Limited OneZero Binary Limited
Crypto2Finance Ltd OTC Desk Limited
D P
DAX Malta Ltd Palladium Exchange
DES CT Exchange Limited S
Digital Terminal Limited SP Outsourcing Sp. Z o. o.
DQR-OTC Limited S-Project
DQR-X Limited SRG Crypto Exchange Limited
E T
Etelaranta (Malta) Limited Thex Trade Company Ltd
Eunex M Ltd. TimeX Limited
Exscudo OU Trendntrade TNT Limited
F Tsalgood Limited
Foresight Technology Limited V
G VBX Limited
GL4 Financial Technologies Limited Venture Miles (Malta) Limited
Globiance Exchange Limited W
Graviex Limited WeX Blockchain Limited
GSOC Limited Won Limited
  Z
  Zipmex Global Pte. Ltd.

L-MFSA fakkret lill-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ma jkunu ċerti li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba.

Ir-regolamenti finanzjarji jobbligaw entitajiet liċenzjati biex jikkonformaw ma’ rekwiżiti legali stretti fl-interess tal-investituri u l-integrità tas-suq. L-attivitajiet ta’ entitajiet mhux liċenzjati mhumiex regolati, u għalhekk kwalunkwe transazzjoni ma’ dawn l-entitajiet hija riskjuża għall-investituri.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA.