L-MFSA bi gwida dwar kif tagħraf skemi qarrieqa tal-crypto

MFSA

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) ħarġet nota ta’ gwida biex il-pubbliku jkollu aktar informazzjoni dwar ir-riskji marbutin mal-investimenti fi crypto assets u dwar skemi li jistgħu jkunu qarrieqa.

Fi stqarrija, l-MFSA qalet li qed teduka lin-nies dwar kif jistgħu jevitaw skemi qarrieqa u x’għandhom jagħmlu jekk jiltaqgħu ma’ skema dubjuża.

In-nota tal-MFSA tispjega li dawn l-iskemi aktarx ikollhom reklami online, bl-użu ta’ titli clickbait biex jattiraw lil dak li jkun biex jaqa’ fin-nasba tagħhom. Ċertu siti illeċiti jistgħu jitolbu għal informazzjoni personali tal-persuna. Wara, issir telefonata minn xi ħadd jilgħaba ta’ espert biex jipprova jikkonvinċi lill-vittmi biex jinvestu flushom fl-iskema.

X’inhuma l-punti li wieħed l-aktar jrid joqgħod attent għalihom?

MFSA

Tista’ taqra d-dokument sħiħ minn hawn.