L-MFSA b’avviż dwar kumpanija mhux liċenzjata

Read in English.

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) infurmat lill-pubbliku li l-entità Edjowa Ltd mhijiex liċenzjata jew awtorizzata minnha sabiex tipprovdi servizzi taħt l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali, jew kwalunkwe servizz ieħor li jrid ikun liċenzjat jew awtorizzat skont il-liġi Maltija.

Fi stqarrija, l-Awtorità spjegat li għalkemm il-kumpanija hija rreġistrata Malta, m’għandhiex il-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni tagħha.

L-MFSA fakkret lill-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda tranżazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ma jkunu ċerti li l-entità li magħha qed issir it-tranżazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba. R

Il-lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli u tista’ taċċessaha minn hawn.