L-MFA tissospendi lill-MFRA għax għamlu l-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħhom

Il-Malta Football Referees Association (MFRA) għamlet il-Laqghat Ġenerali Annwali tat-tliet snin li għaddew. Skont stqarrija tal-istampa maħruġa mill-MFRA, l-assoċjazzjoni qalet li l-MFA pruvat tfixkel dan il-proċess anka jekk l-assoċjazzjoni hija awtonomia fit-tmexxija tagħha. Bħala MFRA ġew sospiżi għax għamlu l-AGM skont l-istatut tagħhom stess. Il-laqgħa kompliet għaddejja hekk kif b’mod unanimu, il-membri kollha ddeċidew li l-laqgħa kellha ssir xorta waħda.

Il-Kumitat il-gdid tal-MFRA ghall-istagun 2019/20 se jkunu :

President – Emmanuel Zammit

Viċi President – Glen Tonna

Segretarju – Christopher L. Francalanza

Teżorier – Alexie Tabone

Membri Ordinarji – Jurgen Spiteri, Shaun Calleja, Clinton John Saliba, Mark O’ Neill, Fyodor Zammit.