L-MEPs għandhom saħħa straordinarja – Agius

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Peter Agius qal li l-Membri tal-PE għandhom is-saħħa li jbiddlu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Qal li ra b’għajnejh x’saħħa “straordinajra” hemm involuta f’dan kollu.

Fuq Facebook Agius qal li ra x’benefiċċji jista’ jkun hemm jekk is-saħħa tintuża minn idejn kompetenti. Agius qal li wieħed irid iżomm f’moħħu li wieħed irid jikkonvinċi politiċi minn pajjiżi differenti u li dan mhux dejjem faċli.

Sant talabni għall-appoġġ tan-nomini li jagħmel Muscat – Casa

Fuq Facebook, il-kandidat tal-PN David Casa qal li l-ġimgħa l-oħra fuq Xarabank, Alfred Sant talbu għal assigurazzjoni li jappoġġja n-nomini li se jkun qed jagħmel il-Prim Ministru Joseph Muscat għall-istituzzjonijiet tal-UE.

Casa qal li hemm biss garanzija waħda li se jagħti, dik li xejn mhux se jwaqqfu milli jaħdem fid-difiża tal-poplu Malti.