L-MEP Agius Saliba jsir membru onorarju tal-FKNK

Facebook - Alex Agius Saliba

Read in English.

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba sar membru onorarju tal-FKNK.

Fi stqarrija l-FKNK qalet li għamlet dan minħabba x-“xogħol siewi u dedikazzjoni kontinwa tiegħu, kemm lokali kif ukoll fil-Parlament Ewropew, versu s-salvagwardja tat-tradizzjonijiet tal-kaċċa u l-insib sostenibbli u l-konservazzjoni tal-ambjent naturali tal-kaċċaturi u n-nassaba Maltin u Għawdxin.”

Fl-ewwel kummenti tiegħu Saliba rringrazzja lill-FKNK talli kienet ta’ spalla soda għalih biex jissalvagwardja “l-prattika tal-kaċċa u l-insib b’mod sostenibbli fuq livell Ewropew.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-FKNK irringrazzja lil Agius Saliba filwaqt li wera apprezzament għall-ħidma li qiegħed iwettaq il-MEP fuq livell Ewropew.

GRAZZI! ♥️🙏🏻Fil-jiem li għaddew il-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti – FKNK għażlu li jagħmluni Membru…

Posted by Alex Agius Saliba on Tuesday, June 9, 2020