L-MEA tressaq suġġerimenti dwar l-impjieg ta’ barranin f’Malta

Il-ħaddiema barranin f’Malta, inkluż dawk minn pajjiżi oħra tal-UE, illum ilaħħqu 13% tal-ħaddiema kollha f’Malta.
Għaxar snin ilu, il-livell tal-barranin f’Malta kien ta’ inqas minn 5%.
L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) qalet dan hekk kif ippubblikat position paper dwar l-impjieg ta’ ħaddiema barranin, speċjalment dawk minn barra l-UE.
Il-paper tinkludi għadd ta’ suġġerimenti msejsa fuq ħames prinċipji ewlenin: it-tnaqqis taż-żmien biex jiġu pproċessati l-karti biex persuna tiġi mpjegata; it-twaqqif ta’ one-stop-shop marbut mal-permessi tax-xogħol; it-tneħħija ta’ xogħol ripetut dwar l-estensjoni tal-viża; is-simplifikazzjoni tat-test li jridu jagħmlu l-barranin għas-suq tax-xogħol; u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-ħaddiem u fuq min iħaddem.
Dwar l-impjieg ta’ immigranti irregolari, l-assoċjazzjoni qalet li taqbel mal-pożizzjoni tal-Gvern fi twaqqif ta’ uffiċċji apposta biex xogħolhom jiġi regolat u jkun wieħed diċenti.
Il-position paper (bl-Ingliż) tista' tinqara mil-link hawn taħt.