L-MEA sodisfatta bil-kundizzjonijiet ġodda għall-SMEs

L-Assoċjazzjoni għal min Iħaddem laqgħet b’sodisfazzjon il-kundizzjonijiet il-ġodda għall-SMEs li tħabbru mill-Ministru Chris Cardona aktar kmieni din il-ġimgħa.

Fi stqarrija, l-MEA qalet li kienet ilha tisħaq, fuq il-bżonn li jibdew jittieħdu passi simili favur is-settur tan-negozji żgħar fil-pajjiż.

Hija rreferiet għad-dokument Strength in unity – Memorandum to Political Parties li kien tqassam lill-partiti politiċi qabel l-aħħar elezzjoni fejn kienet għamlitha ċara li hi favur dan it-tip ta’ tnaqqis ta’ burokrazija. 

L-MEA appellat lil min iħaddem biex hekk kif dawn iż-żewġ direttivi jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru li ġej, ikunu huma li ma jħallu l-ebda opportunità taħrabilhom, u jibdew jipparteċipaw u jikkompetu fil-proċess ta' sejħiet għall-offerti maħruġa mill-Gvern.