L-MDA trid “ġustizzja” mas-sidien li jikru

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi l-MDA qalet li qed tinsisti fuq ġustizzja għas-sidien b’rabta mal-bidliet fil-kera kummerċjali.
Esprimiet id-diżappunt tagħha għax minflok certezza, is-sidien tpoġġew f’sitwazzjoni li jridu jaraw l-eżitu ta’ proċeduri legali dwar jekk l-inkwilin għandux jiżgombra mill-fond mikri jew le.
L-Assoċjazzjoni qalet li tinsab imħassba kif wara tant żmien, konsultazzjonijiet u rapporti, dak li ġie approvat fl-2009 ġie mibdul proprju lejliet waħda mill-iskadenzi importanti li kien fiha l-liġi.
L-MDA saħqet li l-emendi li jissalvagwardjaw lill-inkwilini jridu jkunu bit-tali mod li ma jimponux piż ikbar fuq is-sidien.