L-MDA tipproponi sistema ta’ punti għar-regolarizzazzjoni tal-propjetà

Il-President tal-Assoċċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi, Sandro Chetchuti ppreżenta proposta quddiem il-Prim Ministru Joseph Muscat sabiex tibda ħidma għal sistema ta’ punti li tirregolarizza lill-iżviluppaturi.
Dan qalu waqt laqgħa li saret dalgħodu f’Kastilja fejn il-Prim Ministru ltaqa’ mal-Kunsill il-ġdida tal-assoċċjazzjoni.
Chetchuti sostna li bħala assoċċjazzjoni dejjem tkellmet għall-membri tagħha, filwaqt li dejjem żammet il-bibien tagħha miftuħin għall-persuni li jkollhom xi tip ta’ lment dwar xi xogħlijiet li qed isiru fil-viċinanzi tagħhom.
Għal din ir-raġuni, u minħabba li jafu li minkejja li mhix in-norma, hemm żviluppaturi li jiksru r-regoli mingħajr ma jikkunsidraw lil dawk li se jiġu affettwati mill-proġett tagħhom, jixtiequ li tinħoloq sistema li tirregolarizza dak li qed jagħmlu.
Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru laqgħa b’sodisfazzjoni l-attitudni li l-Assoċċjazzjoni ġiet biha għal din il-laqgħa.
Dr Muscat sostna li sistema tat-tip diġa teżisti fejn jidħlu l-liċenzji tal-karozzi u taħdem tajjeb ħafna. Għalhekk jemmen li għandu jkun faċli u vijabbli li tiġi żviluppata.
Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru fakkar f’dak li ħabbar ilbieraħ waqt il-mass metting tal-Partit Laburista fi Pjazza Tritoni, fejn qali li l-Gvern se jkun qed jinvesti €50 miljun għall-housing soċjali mill-bejgħ taċ-ċittadinanza.
Sostna li minkejja li l-investiment f’dan il-qasam se jkun qed isir, hemm bżonn li jkun hemm aktar għarfien u regolarizzazzjoni ta’ kif jitqassam il-housing soċjali. Sostna li l-appartmaneti ma għandhomx jingħataw l-opportunità li jintirtu u jintużaw biss minn persuni li qegħdin jippruvaw jimmiraw li jkollhom ħajja aħjar, u mhux persuni li jitgħażżnu.