L-MDA tilqa’ riforma fid-dipartiment tal-artijiet

L-assoċjazzjoni Maltija tal-iżviluppaturi (MDA) laqgħet id-deċiżjoni tal-Prim Ministru li ssir riforma mill-qiegħ tad-Dipartiment tal-Artijiet u l-Propjetajiet tal-Gvern u li titwaqqaf Awtorità li tirregola dan is-settur.
L-MDA fakkret li ilha snin tinsisti għal riforma f’dan id-dipartiment.
Fl-istess ħin, l-assoċjazzjoni qalet li anke jekk ħa wisq żmien biex ġie konkluż, ir-rapport tal-Awditur dwar il-każ Gaffarena saħħaħ id-demokrazija fejn tidħol trasparenza u kontabilità.
Esprimiet it-tama li dan il-każ iservi ta’ lezzjoni għal kulħadd u li jwassal il-messaġġ li fil-pajjiż mhemmx lok għal abbużi fit-tmexxija, u li min jabbuża ma jistax jeħlisha ħafif.