L-MDA tikkritika lill-Gvern li se jbigħ l-art pubblika bi prezz irħis

L-assoċċjazzjoni tal-Iżviluppatruri ta’ Malta (MDA) kkritikat lil Gvern dwar il-prezz tal-bejgħ ta’ art pubblika li huwa inqas minn dak li qiegħed fis-suq bħalissa. Jispjegaw li hemm lok li l-kunċett ta`ugwaljanza fil-qasam qed jiġi abbandunat.

Fi stqarrija, l-iżviluppaturi qalu li l-estimi tal-prezz li ngħata mill-kumpanija Deloitte dwar iż-żona tal-bajja ta’ San Ġorġ, huwa ferm inqas mill-prezz fis-suq bħalissa għax minn meta sar l-estimi,  il-prezzijiet komplew jogħlew. Minn l-ewwel darba li l-MDA kkritikat l-estimi oriġinali, prezzijiet fis-suq reġgħu għolew.

L-MDA qalet li meta l-Gvern ibigħ propjetà li se tintuża għal bini residenzjali bi prezz baxx iktar mill-medja, “jisfrutta s-suq tal-propjetà” u jabbanduna l-kunċett li kulħadd ikun indaqs f’dan il-qasam.