L-MDA tiddiskuti mal-Gvern propjetà li tista’ tinbidel f’faċilità medika

Miguela Xuereb

Read in English.

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) qiegħda tiddiskuti mal-Gvern propjetà eżistenti li tista’ tinbidel f’faċilità medika temporanja jekk ikun hemm il-bżonn minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Fi stqarrija, l-MDA semmiet kif l-industrija tal-kostruzzjoni wkoll intlaqtet mid-diffikultajiet ekonomiċi li ġabet magħha l-pandemija. Madankollu, sostniet li dan mhux il-waqt li jkun hemm inċentivi ekonomiċi nofs leħja li jaraw li jsolvu l-kriżi ekonomika għal żmien qasir biss.

L-MDA qalet ukoll li lill-membri tagħha għamlithielhom ċara li s-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox, u l-qagħda ekonomika tagħhom għandha tiġi ssalvagwardjata.

Hija appellat lill-awtoritajiet biex jekk il-kriżi tippersisti, jużaw ir-riżorsi kollha tal-pajjiż biex jiġġieldu l-pandemija.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn