L-MDA teħodha kontra l-Awtorità tal-Ippjanar

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) qed tilmenta dwar nuqqas ta’ konsultazzjoni fil-kwistjoni taż-żieda fil-ħlas għal dawk l-iżviluppaturi li ma jipprovdux parkeġġi f’siti ta’ kostruzzjoni.
L-MDA taqbel li għandu jkun hemm dawn il-miżuri fis-seħħ iżda ma taqbilx li deċiżjonijiet bħal dawn jittieħdu mill-Awtorità tal-Ippjanar mingħajr konsultazzjoni ma’ dawk kollha kkonċernati.
L-MDA qalet ukoll li dawn il-ħlasijiet minn dejjem saru biex tittaffa l-problema tal-parkeġġ, iżda dawn il-fondi qatt ma ntużaw għall-iskop li huma intenzjonati għalih, dak li jkunu provduti postijiet ta’ parkeġġ għall-pubbliku.