L-MDA tappella għal riforma fid-Dipartiment tal-Artijiet

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, l-MDA qed tappella għal riforma fid-Dipratiment tal-Artijiet, dan fid-dawl tal-kontroversja li nqalgħet minħabba l-mod kif il-Gvern akkwista sehem ta’ proprjetà fi Triq Żekka.
L-MDA laqgħet b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru fejn qal li, jekk minn dawk l-investigazzjonijiet isibu li saret xi ħaġa ħażina, dak li sar ikun irtirat u jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha li hemm bżonn.
L-Assoċjazzjoni qalet li ma tistax ma tinnotax li l-mod kif id-Dipartiment tal-Artijiet ittrattat dan il-każ kien wieħed diskriminatorju ma’ min kellu proprjetà esproprijata mill-Gvern jew li talbu biex jifdu ċnus.