‘Ħudu azzjoni kontra min jarmi b’mod illegali’ – MDA

Read in English.

Il-Malta Developers Association (MDA) ikkundannat ir-rimi b’mod illegali ta’ materjal tal-kostruzzjoni f’żoni miftuħa għall-pubbliku, fil-kampanja jew kwalunkwe sit ieħor fejn dan l-iskart mhux permess li jintrema.

L-MDA innutat li t-tħassib dwar ir-rimi ta’ skart fil-kampanja żdied riċentament bl-ilmenti fuq il-midja soċjali jiżdiedu. L-Assoċjazzjoni qalet li minkejja li taf bid-diffikulta li preżentament hemm bir-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni, ma taċċettax li jsiru dawn l-illegalitajiet. Hi qalet li dwar dan għandha opinjoni soda kontra.

L-Assoċjazzjoni appellat lill-Gvern u lill-Awtoritajiet ikkonċernati biex jieħdu azzjoni kontra min iwettaq dan it-tip ta’ illegalità. L-MDA saħqet li min iwettaq dawn l-illegalitajiet għandu jaffaċċja konsegwenzi ħorox, inkluż sospenzjoni tal-liċenzja tal-vetturi li jkunu ntużaw biex jintrema l-materjal.