L-MCESD tiddiskuti l-proposta għas-sħubija mandatorja fit-trade unions

Minister for European Affairs and Equality Helena Dalli and Parliamentary Secretary for European Funds and Social Dialogue Aaron Farrugia participate in the MCESD meeting

Il-Kunsilll Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali  (MCESD) it-Tnejn iddiskuta l-proposta tal-GWU dwar is-sħubija mandatorja tat-trade unions. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti ċ-chairperson tal-MCESD John Bencini, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Aaron Farrugia u l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli.

Farrugia qal li fid-diskors tal-baġit, il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel appell biex jiġi indirizzat il-prekarjat, l-abbuż u l-esplojtazzjoni tal-ħaddiema f’sitwazzjonijiet vulnerabbli.

Il-Ministru Helena Dalli qalet li din id-diskussjoni fissret li qed issir fil-kuntest ta’ rivoluzzjoni tal-intelliġenza artifiċjali u l-impatt tagħha fuq id-dinja tax-xogħol.  Kompliet li l-avvanzi fid-dinja tax-xogħol se jkunu qed joħolqu forom ġodda ta’ mpjiegi u relazzjonijiet bejn l-impjegati u l-imgħallmin tagħhom.

1,500 tunnellata ta’ alka titnaddaf mill-bajjiet

Sa issa aktar minn 1,500 tunnellata ta’ alka nġabret minn bajjiet differenti madwar Malta. Dan it-tindif beda f’Marzu u jintużaw diversi gafef, trakkijiet u f’ċerti ċirkostanzi anke excavator. Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.

Huwa faħħar ix-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindi u l-Manutenzjoni u qal li dawn jiżguraw li l-bajjiet ikunu miżmuma tajjeb u siguri għal kulħadd.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur Deo Debattista qal li l-alka ttella’ magħha ammont kbir ta’ skart l-aktar plastik u dan jagħmel ħsara lill-ambjent marittimu l-ispeċi li jgħixu fih.

Debattista spjega li l-maġġorana tal-alka li ttellgħet is-sena li għaddiet tqassmet lill-bdiewa sabiex ikunujistgħu jkabbru l-prodotti tagħhom.