L-MCESD jiddiskuti proposti dwar l-edukazzjoni vokazzjonali

L-MCESD iddiskuta proposti għall-qafas ta’ dokument dwar l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ. Il-Ministru Helena Dalli qalet li pajjiżna ma jistax ikompli jitlef ir-riżors uman għaliex l-istudenti jaqgħu lura u ma jiżviluppawx il-ħiliet tagħhom.
Iċ-Chairman tal-MCESD, John Bencini qal li pajjiżi oħra qed jagħtu importanza lis-settur tal-edukazzjoni vokazzjonali u f’Malta qed jiġi aċċettat li dan is-settur qed jiżviluppa l-ħiliet tal-istudenti.
Fi preżentazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla tressqu l-proposti għat-twaqqif ta’ kumitat nazzjonali li jlaqqa’ flimkien il-partijiet kollha involuti għall-implimentazzjoni tal-politika għall-edukazzjoni vokazzjonali.
Il-Kummissjoni pproponiet ukoll bosta studji li għandhom isiru kif ukoll żieda fil-korsijiet vokazzjonali. 

Ritratt: DOI – Omar Camilleri