L-MCESD b’130 proposta għall-Baġit 2018

L-MCESD se jkun qiegħed jippreżenta 130 proposta li saru mill-imsieħba soċjali kollha għall-Baġit 2018.
Fost il-proposti ewlenin hemm dawk li jirrigwardjaw it-tisħiħ tal-ammont tal-kapital uman disponibbli, it-titjib fl-infrastruttura urbana u s-servizzi ta’ trasport u ta’ konnettività.
Dan tħabbar waqt laqgħa li l-MCESD kellha mal- Ministru għall-Affarijiet Ewropej Helena Dalli li rringrazzjat lill-membri kollha tas-sehem tagħhom.
Is-sinteżi ta’ dawn il-proposti se jkunu mgħoddija lill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.
Il-Ministru għall-Finanzi se jkun qed jirċievi dan id-dokument konsolidat sal-aħħar tax-xahar, flimkien ma’ rapporti individwali tal-membri tal-MCESD, ir-rapporti tal-Gozo Regional Committee u tas-Civil Society Committee u l-business plan tal-MCESD għas-sentejn li ġejjin.
L-MCESD se jerġa’ jiltaqa’ fil-preżenza tal-Ministru għall-Finanzi biex dawn il-proposti jkunu diskussi iktar fil-fond.