L-MCCF tistieden lill-pubbliku jara l-biċċiet tal-arti qabel l-irkant

Il-Malta Community Chest Fund qed tistieden lill-pubbliku biex iżur l-iktar minn 50 biċċa xogħol tal-arti, offruti minn artisti lokali, li se jiġu rkantati għall-Istrina, għall-ewwel darba fil-Palazz Verdala.
Għal dan il-għan, il-Palazz se jkun miftuħ il-ġimgħa d-dieħla, bejn l-Erbgħa u s-Sibt.
L-irkant, li minnu l-flus miġbura jmorru għall-Istrina, se jsir fil-21 ta’ Novembru filgħaxija.