L-MCAST u l-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività jilħqu ftehim għall-istudenti

L-MCAST u l-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività ffirmaw ftehim li permezz tiegħu, l-istudenti tal-kulleġġ jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem fi proġetti kreattivi tal-fondazzjoni.
Il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet se tfisser ukoll li studenti kreattivi jingħataw għajnuna biex jaħdmu proġetti, mill-konċepiment tal-proġett sat-tmiem tiegħu.
Se jkunu jistgħu jużaw ukoll spazju fi ħdan iċ-Ċentru għall-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, fil-Belt Valletta.
Il-ftehim ġie ffirmat mill-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST, Silvio De Bono, u miċ-Chairperson Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività, Rupert Cefai.