L-MCAST tistudja l-possibilità li tuża l-baħar għall-pannelli fotovoltajċi

L-MCAST qed tmexxi proġett fl-isem ta’ Offshore Passive Photovoltaics (OPPV) bil-possibilità li jkun l-akbar porġett li jinvolvi sistema fotovoltajka fuq il-baħar. Dan il-proġett qed jinvestiga l-fattwalità li dan il-proġett isir fuq il-baħar minħabba li d-domanda għall-enerġija sostenibbli qiegħda dejjem tiżdied u l-ispazju f’Malta huwa limitat.

L-MCAST spjegat li s-sistemi fotovoltajċi tonqos l-effiċjenza tagħhom l-aktar meta jiżdiedu t-temperaruturi. Il-baħar jgħin biex jgħin f’dan ir-rigward għax iżommu aktar friski.

F’dan il-proġett l-MCAST qed tikkolabora ma’ Econetique Ltd, MIRARCO u Malta Mariculture Ltd.  Il-Kulleġġ ingħata fondi mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija f’isem il-Fondazzjoni għax-Xejnza u t-Teknoloġija.

L-MCAST spjegat l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom fosthom il-mewġ u r-riħ qawwi. L-ewwel proġett pilota ġie mpoġġi fil-baħar fl-2018 u  kien jikkonsisti f’sistema ta’ 8KW fiċ-Ċirkewwa. L-informazzjoni li nġabret minn dan il-proġett pilota qed tintuża biex tiġi ddisinjata sistema li se tkun qed titpoġġa fil-baħar aktar tard din is-sena.