L-MCAST jaħseb għal min irid jistudja waqt li jaħdem

Bil-għan li aktar persuni jitħajru jkomplu jistudjaw waqt li jkunu qed jaħdmu, l-MCAST kiseb il-fondi neċċessarji biex ittella’ proġett li se jsaħħaħ il-korsijiet tul il-ħajja billi jipprovdi aktar flessibiltà fit-tagħlim.
Il-programm jinvolvi aċċess elettroniku għal-laboratorji u workshops, użu ta’ riżorsi wara l-ħinijiet tax-xogħol, modules imfassla mill-ġdid f’diversi suġetti fosthom l-Arti u d-Disinn, Health and Social Care, Inġinerija Elettronika u Mekkanika, ICT u fl-Agribusiness.
Barra minn hekk, se jkunu jistgħu jsegwu l-kwalifiċi u l-esperjenza prattika tagħhom permezz ta' għodda virtwali  Dan sabiex meta studenti jibdew kors ġdid jiġu eżenti mis-suġġetti li jkunu diġà kisbu.
Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew 2007-2013.