Aġġornata: L-MCAST iwaqqa’ l-proċeduri kontra l-MUT

Kelliema għall-MCAST ikkonfermat li l-Istitut se jkun qed iwaqqa’ l-każ fil-Qorti kontra l-MUT. Qalet li dan qed isir “b’sens ta’ rieda tajba” kif intlaq aktar kmieni fi stqarrija oħra.
Fl-istqarrija, l-MCAST qal li dan qed isir ukoll b’rispett sħiħ lejn iż-żgħażagħ u lill-istaff biex “b’mod matur” tiġi riżolta l-kwistjoni.
Aktar kmieni
Fi stqarrija, l-MCAST qal li d-diskussjonijiet jistgħu jkomplu anke waqt li għaddejjin il-proċeduri legali fil-Qorti iżda lest iwaqqafhom “f’sens ta’ rieda tajba” biex jintlaħaq ftehim.
L-MCAST irriaffermal-pożizzjoni tiegħu li huwa dejjem kien tal-fehma li jkompli d-diskussjonijiet filwaqt li semma li diġa offra “pakkett tajjeb ħafna” biex il-kundizzjonijiet tal-istaff akkademiku jitjiebu.
Tenna li l-MCAST dejjem emmen li hemm “mod raġonevoli u ġust li jista' jwassal għall-konklużjoni ta' dan il-ftehim, jekk ikun hemm rieda tajba miż-żewġ naħat biex jintlaħaq dan il-għan”.