L-MCAST jorganizza konferenza dwar l-ekonomija u l-ambjent

L-MCAST se jkun qed jorganizza l-ewwel konferenza nazzjonali dwar il-'Green Economy' f’Malta. Din il-konferenza se ssir nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju.
L-għan wara l-konferenza se jkun li jipprovdi opportunitajiet lill-istudenti, rappreżentanti tal-industrija u dawk kollha li huma interessati dwar kwistjonijiet ambjentali.
Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat se jkun qed jindirizza din il-konferenza flimkien ma’ preżentazzjonijiet dwar żvilupp sostenibbli u inizzjattivi ambjentali minn kelliema prominenti fl-industrija.