L-MCAST jitlob laqgħa konċiljatorja mal-MUT

L-MCAST kiteb lid-Direttur għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi jitlob laqgħa ta’ konċiljazzjoni b’rabta mad-diżgwit industrijali li għaddej bħalissa bejn it-tmexxija tal-kulleġġ u l-Union tal-Għalliema (MUT).
Fi stqarrija l-MCAST qal li jemmen bis-sħiħ li bil-ftehim kollettiv l-istaff akkademiku kollu tal-MCAST ħa jkollu salarju u kundizzjonijiet aħjar.
L-MCAST tenna t-twemmin tiegħu li dan jista’ jinkiseb b’diskussjonijiet madwar il-mejda tan-negozjati, u għalhekk qed jitlob laqgħa konċiljatorja biex jitkompla l-proċess ta’ negozjar.
Għalkemm il-ġimgħa li għaddiet, l-MUT ħassru strajk fl-MUT, id-direttivi xorta għadhom fis-seħħ.