L-MCAST jinbidel f’villaġġ artistiku

Bħalissa l-MCAST inbidel f’villaġġ artistiku għat-18-il edizzjoni tal-wirja organizzata mill-Istitut għall-Arti Kreattiva.
Fl-aħħar sentejn, dan l-avveniment ħa żvolta ġdida u nbidel f’festival tal-arti.
F’kull serata jkun hemm aċċenn għal dipartiment partikolari fejn isiru għadd ta’ attivitajiet ta’ natura interattiva li permezz tagħhom jinfetaħ djalogu bejn l-istudenti, il-professjonisti, l-industrija u l-għalliema.
L-isem tal-Festival din is-sena huwa It all starts here.  
Dan il-Festival għandu l-għan li jservi mhux biss bħala l-bidu tal-karriera tal-istudenti tal-istituti differenti imma anke joffri opportunità lill-istudenti ħerġin mill-iskejjel sekondarji biex ikunu jafu x’joffri l-MCAST.
Il-Festival se jibqa’ għaddej sa nhar it-Tlieta li ġej mid-9:00am sad-9:00pm.