L-MCAST iċedu u jagħlqu għaċ-CHOGM

Nhar il-Ġimgħa li ġej, l-istituti kollha tal-MCAST se jkunu magħluqa minħabba ċ-CHOGM.
Id-deċiżjoni ittieħdet illum mill-bord tal-gvernaturi u tħabbar li mhux se jsiru lezzjonijiet.
Il-ġimgħa li għaddiet kelliema għall-MCAST qalet fuq Facebook li l-MCAST kien se jiftaħ b’mod normali u l-istudenti kellhom jattendu għal-lezzjonijiet.
Studenti tal-MCAST kienu għamlu petizzjoni onlajn b’aktar minn 1,500 firma, ilkoll jitolbu li dakinhar l-istituti jinżammu magħluqa.
L-għalliema u xi studenti kienu urew it-tħassib tagħhom dwar s-sigurtà f'dawn il-ġranet taċ-CHOGM.