L-MCAST bi proġett dwar l-enerġija mix-xemx

L-MCAST ippreżenta proġett dwar l-enerġija solari li jistudja l-użu ta’ din it-teknoloġija għall-enerġija elettrika u għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku.

Il-proġett ġie ppreżentat f’konferenza dwar l-enerġija mix-xemx fil-Hawaii mill-Inġinier Dr Brian Azzopardi, u żewġ kandidati għal riċerka fil-livell ta’ Master Yesbol Gadullin u Artem Sadula.

Dan il-proġett li rebaħ diversi premjijiet huwa ffinanzjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), flimkien mas-settur privat lokali u ta’ xi pajjiżi barranin fosthom il-Greċja, Spanja, Ċipru, il-Ġermanja u l-Ġordan, hekk kif aktar pajjiżi qed jagħmlu użu mix-xemx bħala sors ta’ enerġija.