L-LSEs jitħarrġu skont id-diżabbiltà tat-tifel jew tifla?

Read in English.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ma weġibx dwar jekk it-taħriġ tal-LSEs ikunx iffukat skont it-tip ta’ diżabilità li jkollhom it-tfal. Dan meta mistoqsi minn Newsbook.com.mt dwar jekk hemmx differenza fit-taħriġ għall-bżonnijiet ta’ tifel jew tifla bid-Down Syndrome u tifel jew tifla bl-awtiżmu jew b’dyspraxia.

Minflok, il-kelliema għall-Ministeru qalet li t-taħriġ jiffoka fuq strateġiji diversi fejn kull edukatur (għalliem u LSE) jista’ jagħti s-sapport tiegħu fit-tagħlim sabiex joħroġ il-potenzjal tal-individwu u mhux jiffukaw biss fuq in-nuqqasijiet jew id-diżabiltà nnifisha.  Kompliet tgħid li dawn l-istrateġiji jkunu jistgħu jintużaw  fit-tagħlim  sabiex jiġu megħluba  d-diffikultajiet li dawn l-istudenti jiltaqgħu magħhom.

Newsbook.com.mt bagħat sensiela ta’ mistoqsijiet lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, wara li omm ta’ tifel bid-Down Syndrome rrimarkat li jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-LSEs, għalkemm ikunu jixtiequ l-ġid lit-tifel, ma jkollhomx esperjenza u lanqas it-taħriġ meħtieġ biex ikunu jafu x’għandu bżonn.

Aqra: “L-LSEs jagħmlu xogħol tajjeb imma bżonn bidla totali fis-sistema”

X’inhu l-proċess biex it-tfal ikollhom LSE?

It-tfal li għandhom diżabbiltà jiġu assessjati. Issir applikazzjoni mill-iskola lill-iStatementing Panel. Wara li ssir din l-evalwazzjoni, jingħata s-sapport meħtieġ.

Huwa l-Kap tal-iskola li għandu r-rwol li jassenja LSE mal-istudent. Il-Kap tal-iskola huwa responsabbli wkoll għat-tagħlim li jsir fil-klassijiet u jara li kull edukatur (għalliem u LSE) joħroġ il-potenzjal ta’ kull student.  Il-kelliema fissret li l-Kap tal-iskola huwa megħjun fost l-oħrajn minn Assistent Kap.

Mis-sena skolastika li jmiss, se tiddaħħal is-sistema ta’ LSE Class Support fil-Kinder.

Aqra: