L-KE bi proċeduri kontra Malta għal ksur ta’ regoli fis-servizzi professjonali

Il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi proċeduri ta’ ksur kontra l-Awstrija, Ċipru, il-Ġermanja, Malta, il-Polonja u Spanja fuq il-fatt li r-regoli nazzjonali tagħhom jinkludu ostakli eċċessivi u mhux ġustifikati fil-qasam tas-servizzi professjonali. Skont il-Kummissjoni Ewropea, ir-rekwiżiti imposti fuq ċerti fornituri tas-servizzi f’dawn l-Istati Membri jmorru kontrad direttiva Ewropea.
Il-Kummissjoni qalet li rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni azzjonarja eċċessivi jistgħu jagħmlu t-tieni twaqqif jew il-forniment transfruntier tas-servizzi f’dawn l-Istati Membri aktar diffiċli.
Għalhekk il-Kummissjoni titlob lil dawn l-Istati Membri biex jadattaw ir-regoli tagħhom dwar dawn ir-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni azzjonarja u l-projbizzjonijiet ta' prattiki multidixxiplinari kif ukoll biex iħassru t-tariffi minimi obbligatorji.
Ittra ta’ Avviż Formali hija l-ewwel pass fil-proċedura tal-ksur u tikkostitwixxi talba uffiċjali għall-informazzjoni. L-Istati Membri issa għandhom xahrejn biex jirrispondu għall-argumenti mressqa mill-Kummissjoni.