Fi sptar Irlandiż f’Dublin sar l-ewwel abort konformi mal-liġi l-ġdida li tippermetti l-abort taħt ċertu kundizzjonijiet f’dan il-pajjiż Kattoliku.
Mara li kienet fit-18-il ġimgħa tat-tqala wettqet abort wara li t-tobba sostnew li ħajjitha kienet fil-periklu.
Huma 25 l-isptarijiet li jistgħu jagħmlu l-abort fl-Irlanda skont il-liġi l-ġdida, li daħlet fis-seħħ wara l-mewt tad-dentista Indjana Savita Halappanavar li ma tħallitx tagħmel abort.
Il-Ministeru tas-Saħħa Irlandiż huwa mistenni li jippubblika rapport dettaljat kull sena fuq il-każi li fihom ikun sar l-abort.