L-Iżvizzera tiddefendi l-politika tagħha dwar ġid l-immigranti

Il-Gvern Żvizzeru ddefenda l-politika tiegħu li jġiegħel lil immigranti jgħaddu assi tagħhom jekk jaqbżu d-€900.
Ġie rrappurtat li s-sena li għaddiet kien hemm 112-il każ bl-istat jiġbor mal-€200,000 minn immigranti.
Dan fost 30,000 talba għall-ażil.
Anke l-Iżvizzera sfat taħt kritika wara li ftit jiem ilu kien hemm kritika internazzjonali għad-Danimarka li trid iddaħħal politika simili.
Waqt li l-Iżvizzera qed tgħid li qed tirrispetta x-xewqa tal-elettorat, id-Danimarka qed tisħaq li flus jew oġġetti ta’ valur ta’ immigranti, li jaqbżu l-€1,300, għandhom jingħataw lill-istat biex iħallsu għaż-żmien li jkunu fil-pajjiż.