L-Iżvizzera se tnaqqas l-ammont ta’ boroż ta’ demm lill-Greċja

L-Iżvizzera iddeċidiet li tnaqqas id-donazzjoni ta’ demm lejn il-Greċja. Dan minħabba li l-Greċja naqset milli tħallas madwar erba’ miljun ewro lill-Iżvizzera bħala donazzjoni għall-boroż tad-demm. Dan minħabba l-problemi finanzjarji li tinsab fihom.

L-għan tal-Iżvizzera hu li sal-2020 tnaqqas bin-nofs l-ammont ta’ boroż lill-Greċja. Id-direttur Żvizzeru tas-Salib l-Aħmar qal li d-demm jingħata lill-Greċja b’xejn, imma l-flus li tagħtihom il-Greċja iservu biex ikopru spejjeż loġistiċi u tal-laboratorju.

Fis-sena, il-Greċja jkollha bżonn mas-700,000 borża demm. Il-Griegi jagħtu mas-650,000 borża fis-sena. L-Iżvizzeri jagħtu lill-Greċja kważi 30,000 borża fis-sena.