L-Iżvizzera l-aktar pajjiż għoli fid-dinja

Ritratt: Eberhard Grossgasteiger

L-Iżvizzera ġiet imsemmija bħala l-iktar pajjiż għali tad-dinja, bin-Norveġja fit-tieni post u l-Islanda fit-tielet post. L-Isvizzera ġiet ikklassifikata fl-ewwel post fi studju ta’ 132 pajjiż li kejjel l-ispiża tax-xiri, bħall-ħwienet tal-merċa, il-ħwejjeġ u nolijiet tat-taxis.

Id-Danimarka u l-Lussemburgu dehru wkoll fl-aqwa għaxar fl-Ewropa  flimkien mal-Ġappun, il-Baħamas, l-Iżrael, Singapore u l-Korea ta’ Isfel.

F’din il-lista miġbura mir-rivista tan-negozju CEO World, Malta spiċċat fis-26 post. Dan fisser li mill-pajjiżi Ewropej pajjiżna hu aktar għali mill-Ingilterra (fis-27 post); mill-Italja (fit-28 post) u mill-Ġermanja (fid-29 post).

Il-lista saret fuq cost of living li bħala xempju ttieħdet New York City li ngħatat il-punteġġ ta’ 100. L-Isvizzera, fl-ewwel post, kellha 122.4 punt, li qatgħet għal kollox lin-Norveġja li spiċċat fit-tieni post b’101.4 punt. Malta kellha 67.46 punt.

Skont din il-lista l-aħħar tliet pajjiżi fil-lista u li huma l-irħas huma l-Indja (24.58 punt) fil-130 post; l-Afghanistan (24.24 punt) fil-131 post u l-Pakistan (21.98 punt), fil-132 post, l-aħħar post.

L-iktar pajjiżi b’kirjiet għolja huma fl-1 post Hong Kong; fit-2 post Singapore; fit-3 post Lussemburgu u fir-4 post l-Isvizzera. L-iktar ristoranti għaljin jinsabu fl-Isvizzera, fl-Islanda u fin-Norveġja waqt li l-ogħla prezzijiet għall-oġġetti tal-merċa jinsabu fl-Isvizzera, fil-Korea ta’ Isfel u fin-Norveġja.