L-Iżvizzera: Jattakka lin-nies b’sega tal-elettriku

Ħames persuni sfaw midruba wara li raġel attakahom b’sega tal-elettriku fl-Iżvizzera.
Partijiet ċentrali fil-belt fejn ta’ Schaffhausen, fejn seħħ l-attakk, ingħalqu hekk kif il-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija għall-agressur.
Fuq il-post kien hemm preżenza kbira tal-Pulizija u ambulanzi flimkien ma’ ħelikopters tas-salvataġġ li ħadu lill-midruba l-isptar, fejn tnejn minnhom ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi serji.
Riżultat ta’ dan l-attakk il-ħwienet tal-lokal għalqu u n-nies kienu avżati biex jevitaw l-akwati.