L-iżviluppaturi kuntenti li se jibda x-xogħol fuq il-junction tal-Marsa

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) laqgħet tajjeb l-aħbar li Trasport Malta (TM) ħarġet tenders għax-xogħol inizjali li jrid isir qabel ma’ jibda l-bini tal-junction tal-Marsa.
L-MDA faħħret l-impenn ta’ TM li fi kliemha qed tirsisti biex titnaqqas il-probema tat-traffiku fit-toroq Maltin.
L-Assoċjazzjoni awgurat li x-xogħol fuq il-junction tal-Marsa isir bl-istess professjonalità tal-proġett tal-Kappara.
Ritratt: Virtual Reality Studios