L-iżviluppaturi jilmentaw dwar dewmien fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi ta’ Malta qalet li rċeviet bosta lmenti dwar l-Uffiċċju tas- Suprintendenza tal-Patrimonju Kulturali minħabba dewmien fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp. Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni qalet li l-Uffiċju waqa’ lura fix-xogħol hekk kif għandu nuqqas ta’ riżorsi umani u kontinwament qed ikollu jħabbat wiċċu ma risponsabbiltajiet lil hinn minn kemm jifilħu.

Fl-istqarrija, l-Assoċjazzjoni qalet li din is-sitwazzjoni mhix biss flustranti għal min qed japplika biex jiżviluppa, iżda qed iżżidilhom ukoll fl-ammont ta’ flus li qed jonfqu. Dawn l-ammonti ta’ flus żejda li qed ikunu mġegħla jħallsu qed ikunu trasferiti fuq persuni li jiġu biex jixtru l-propjetà mingħand l-iżviluppatur. Iżda l-pubbliku ma jirrealizzax li parti minn dawn il-flejjes żejda qed iħalsuhom minħabba l-burokrazija u t-telf ta’ ħin.

L-Assoċjazzjoni appellat lill-Awtorità biex tieħu l-passi neċessarji biex isolvu din il-problema mingħajr aktar dewmien.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja jgħid li l-impenn tiegħu hu li l-proċeduri relatati ma’ moniteraġġ arkeoloġiku jittejbu għall-interess pubbliku. 

Skont il-Ministeru, l-applikazzjonijiet kollha dwar żvilupp bdew jiġu referutigaħl kosultazzjoni mas-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex ikun assigurat il-ħarsien tal-patrimonju ta’ Malta.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru, intqal li fl-aħħar xhur sar ingaġġ ta’ grupp ta’ gradwati fl-oqsma differenti tal-partimonju storiku biex jitħarrġu fil-proċeduri relattivi. F’dawn id-dawl, il-Gvern assigura li hemm impenn sħiħ għat-tisħiħ ta’ din l-istituzzjoni u titjib fl-effiċjenza.