​“L-iżvilupp fil-Munxar iktar qisu lukanda milli agri-turiżmu”

Il-Front Ħarsien ODZ laqa’ l-pożizzjoni li ħa l-Kunsill Lokali ta’ Marsakala kontra l-iżvilupp propost fil-Munxar.
Fl-istess ħin il-Front qal li l-kunsill lokali għandu jkun konsistenti u jopponi wkoll l-iżvilupp ta’ dik li qed tissejjaħ l-Università Amerikana ta’ Malta.
Il-Front qal li qed tintuża l-iskuża tal-agri-turiżmu meta l-iżvilupp fil-Munxar se jkun jinkludi post għad-dgħajjes, stabbilimenti fuq il-bajjiet, sala tal-konferenzi u ċentru ta’ spa.
Sostna li dan l-iżvilupp iktar qisu dak ta’ lukanda u se jsir f’żona protetta.
Appella wkoll lill-MEPA biex b’mod immedjat tbiddel il-policies tagħha biex ma tippermettix żvilupp ta’ bini ta’ akkomodazzjoni f’żoni protetti.
Intqal li l-agro-turiżmu għandu jibqa’ biss ristrett għall-bini ta’ rziezet fil-kampanja.