L-Iżvezja tqassar il-ġurnata tax-xogħol

L-Iżvezja se taqleb għal ġurnata tax-xogħol ta’ sitt sigħat, minflok tmienja.
Ir-raġuni hi biex tiżdied il-produttività u biex il-ħaddiema jkunu iktar kuntenti.
B’hekk jaħdmu iktar fi ftit sigħat u jkollhom iktar ħin għal ħajjithom privata.
Kumpaniji ewlenin madwar il-pajjiż diġà għamlu l-bidla, b’saħanistra kumpaniji kbar bħal Toyota jdaħħlu din il-miżura 13-il sena ilu.
Dakinhar, Toyota qalet li l-fatt li qassret il-ġurnata tax-xogħol taha ħaddiema iktar kuntenti, inqas bdil ta’ ħaddiema u żieda fil-profitti.