L-iżvezja tipprepara liċ-ċittadini dwar x’jagħmlu f’każ ta’ gwerra

aroma-aromatic-assortment

Il-Gvern tal-Iżvezja qassam fuljetti f’kull dar li fuqhom fihom linjigwida dwar x’għandhom jagħmlu ċ-ċittadini jekk tkun se tfaqqa’ gwerra.
L-4.7 miljun dar issa jafu x’għandhom jagħmlu jekk ikun hemm xi attakk terroristiku jew xi cyber-attack, diżastru naturali, inċidenti serji jew kunflitti militari.
Il-fuljett jgħid li dan huwa pass sabiex jipprepara l-pajjiż dwar kif għandu jġib ruħu jekk affaċċjat b’xi diżgrazzja.
Jidher li tqassam minħabba li l-pajjiż jinsab inkwetat bl-andament militari tar-Russja u l-mod kif qed jiżdied dejjem aktar it-terroriżmu u l-fake news.
Jispjegaw li kull dar għandu jkolla stokk ta’ prodotti bħal tortillas u crackers, ikel tal-laned, ravjul, għaġin li jsir malajr, ross u energy bars.