L-Iżvezja tfittex għal sottomarin ‘illegali’

Minkejja li għadha ma kkonfermatx b’mod formali, l-Iżvezja qed tfittex b’kull mezz militari tagħha taħt il-baħar territorjali, għal sottomarin li daħal mingħajr awtorizzazzjoni.
L-Iżvezja, matul il-jum, użat kull mezz militari li għandha –fosthom helicopters, bastimenti navali u mezzi oħra wara li l-forzi tagħha tas-sigurtà interċettaw sejħa għal emerġenza bir-Russu.
Ir-Russja ċaħdet mill-ewwel li għandha xi sottomarin tagħha fl-inħawi imma l-Iżvezja baqgħet tfittex qalb biża’ ta’ spiji barranin.