L-Iżvezja se tkeċċi 80,000 immigrant

L-awtoritajiet fl-Iżvezja qed jippjanaw biex ikeċċu sa 80,000 immigrant li ma rnexxilhomx jiksbu l-ażil.
Il-Ministru għall-Intern Żvediż qal li l-immigranti se jkunu estraditi fuq medda ta' snin.
Mal-163,000 immigrant applikaw għall-ażil fl-Iżvezja fl-2015 u ġew aċċettati 55% minnhom.
Uffiċjali tal-immigrazzjoni qalu li fl-2015, 35,400 minorenni li ma kinux akkumpanjati minn xi adult talbu l-ażil fl-Iżvezja.
Dan ifisser ħames darbiet aktar mis-sena 2014.
F’dawn l-aħħar jiem l-Iżvezja daħlet il-kontrolli fil-fruntieri sabiex tikkontrolla l-influss tal-immigranti.
Il-Ġermanja u l-Iżvezja huma d-destinazzjonijiet ewlenin għar-refuġjati u l-immigranti li jidħlu fl-Ewropa.
Matul dawn l-aħħar ġimgħat l-Iżvezja kienet waħda minn diversi pajjiżi Ewropej li esperjenzaw atti vjolenti mill-Immigranti.