L-Iżvezja se tirrikonoxxi l-istat Palestinjan

Il-Prim Ministru ġdid Żvediż, Stefan Lovfen ħabbar li l-Iżvezja se tirrikonoxxi l-Palestina.
Lovfen qal li l-aħjar soluzzjoni għall-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani għandha tkun li jkun hemm rikonoxximent taż-żewġ stati.
Sostna li ż-żewġ stati għandhom jiġu rikonoxxuti minn xulxin u ż-żewġ popli jridu jaħdmu favur il-paċi u jkun hemm il-ħeġġa li jgħixu qrib xulxin.
Lovfen qal li l-Iżveżja għażlet li tirrikonoxxi l-istat Palestinjan biex jittieħed l-ewwel pass lejn din id-direzzjoni.