L-Iżvezja ddaħħal il-kontroll tal-fruntieri

L-Iżvezja daħħlet il-kontrolli tal-fruntieri għall-vjaġġaturi mill-pajjiż ġar, id-Danimarka.
Il-kontroll tal-passaporti ddaħħal biex jitnaqqas in-numru ta’ immigranti.
Min ma jkollux id-dokumenti kif suppost ma jitħalliex jaqsam minn pajjiż għall-ieħor – bil-vapur, bil-ferrovija jew b’tal-linja.
Hu stmat li kuljum, mal-20,000 persuna taqsam il-pont li jgħaqqad il-bliet Żvediżi ta’ Malmo u Lund, mal-kapitali Daniża, Copenhagen.
Is-sena li għaddiet, l-Iżvezja rċeviet 150,000 talba għall-ażil.