L-Iżvediżi jegħlbu lill-Maltin 4-0

Domenic Aquilina/MFA

It-tim Nazzjonali Malti safa megħlub mit-tim Żvediż. Għalkemm l-Iżvediżi kienu aktar potenti u ħafna mid-drabi kellhom il-pussess huma, il-Maltin irnexxielhom iżommuhom bogħod mil-lasta għall-maġġornaza tal-ewwel taqsima.

Fl-ewwel taqsima kien biss Marcus Danielsson li rnexxileu jsib il-lasta għall-Iżvediżi. Fit-tieni  taqsima waslu tliet gowls oħra li ingħataw fuq platt. Dan għaliex it-tieni u r-raba’ gowls waslu minn penalty u t-tielet wieħed sfortunatament ġie minn own goal ta’ Andrei Agius.

Il-Maltin waslu jixxutjaw il-ballun lejn il-lasta tmien darbiet iżda darbtejn biss minn dawn kienu diretti fuq il-lasta. L-Iżvediżi rnexxielhom 15-il darba, b’disgħa minnhom ikunu diretti fuq il-lasta.

Riżultati oħra:

Grupp D

Georgia 0-0 Ireland

Denmark 1-0 Switzerland

Grupp F

Faroe Islands 0-3 Romania

Norway 1-1 Spain

Grupp J

Bosnia and Herzegovina 4-1 Finland

Italy 2-0 Greece

Liechtenstein 1-1 Armenia