L-attakki mdemmija f’Gaża għadhom għaddejjin, bl-aħħar attakki qatlu erba’ persuni, tlieta minnhom tfal.
Il-Palestina fetħu n-nar u tefgħu aktar missili fuq ibliet Iżraeljani wara li matul il-lejl, l-Iżrael attakka l-iStrixxa ta’ Gaża.
Sadanittant fil-jiem li ġejjin hu maħsub li l-vjolenza se tkompli tiżdied hekk kif il-Ministru tad-Difiża Iżraeljana ħabbar li l-ġlieda intensiva kontra l-Ħamas ġiet estiża fuq aktar jiem.
Waqt l-attakki tal-bieraħ mill-Iżrael fuq Gaża, mietu 35 persuna u weġġgħu 300.